Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji laqgħet l-iskemi t’għajnuna li ħabbar dalgħodu l-Gvern biex jibqa’ jgħin lin-negozji.
Ftit wara li l-Gvern ta pakkett t’għajnuna ieħor mimli inċentivi għan-negozji, li jammonta għoxrin miljun ewro, il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji ħarġet stqarrija li fiha qalet li l-iskemi mħabbra huma mmirati li jgħinu lin-negozji fl-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iżda anki jinkoraġixxi l-investiment.
Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji faħħret lil Gvern, partikolarment lil Ministru għall-Intrapriżi Miriam Dalli, talli b’riżultat ta’ konsultazzjonijiet tħabbru dawn l-iskemi.
Intqal kif bis-suċċessi fil-qasam tas-saħħa u bi pjan għall-irkupru ekonomiku, in-negozji qed iħarsu ’l quddiem biex jerġgħu jibdew idawru r-rota.
Il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji rrikonoxxiet ukoll dak li qal il-Prim Ministru Robert.
“Kif qal tajjeb il-Prim Ministru, l-iskemi t’appoġġ waqt il-pandemija kienu kruċjali biex ġew salvati n-negozji”, saħqet il-Kamra għan-Negozji ż-Żgħar u Medji.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/27/e20-miljun-ohra-fpakkett-tghajnuna-iehor-mimli-incentivi-ghan-negozji/
https://www.one.com.mt/2021/04/27/l-mhra-tilqa-l-ahhar-pakkett-tghajnuna-te20-miljun-imhabbar-mill-gvern/