Raġel waqqa’ proċeduri relatati ma’ vjolenza domestika kontra martu wara li ħafrilha minkejja li kien hu stess li għamel ir-rapport lill-pulizija.
Il-mara ttellgħet il-Qorti f’Marzu li għadda mixlija b’akkużi ta’ vjolenza psikoloġika, li tatu fastidju, li hedditu u li kkawżat ħsara fuq propjetà tiegħu fost oħrajn.
Meta l-każ ġie biex jinstema’ quddiem il-Maġistrat Monica Vella, ir-raġel informa lill-Qorti biex jitwaqqa’ l-każ u għaldaqstant, il-proċeduri kontra l-mara waqfu.