Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Raħal Ġdid jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fi Triq il-Ħaddiem il-Marsa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, meta l-vittma kien dieħel fil-karozza tiegħu. Huwa ntlaqat minn vettura tal-għamla Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li sofri ġrieħi serji.
Għal dan l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.