L-isptarijiet fl-Indja qed jgħidu li l-pazjenti tagħhom qed imutu hekk kif hemm nuqqas kbir ta’ ossiġnu, dan fl-istess jum li l-każijiet pożittivi tal-Covid-19 u n-numru tal-imwiet żdied b’mod drastiku fl-aħħar jiem.
Il-midja internazzjonali qed tirraporta li fl-aħħar sigħat l-Indja rreġistrat kważi miljun każ pożittiv.
B’reazzjoni għal din is-sitwazzjoni, li qed tiggrava minn jum għal jum, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li din hija tfakkira devastanti ta’ x’tista’ tagħmel il-pandemija tal-Covid-19.