L-Awtoritajiet tas-Saħħa Amerikani ħabbru li l-Istati Uniti se terġa’ tibda tlaqqam liċ-ċittadini tagħha bil-vaċċin kontra l-Covid-19 tal-Johnson and Johnson. Dan wara li għall-ħdax-il jum sħaħ kienet waqfet milli tagħtih minħabba li ġew irrappurtati xi każijiet ta’ trombożi.
Infatti, fid-dawl ta’ dan, it-Tlieta li għadda l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, l-EMA, f’konferenza tal-aħbarijiet saħqet fuq l-importanza u l-benefiċċji tal-vaċċin, li huma aħjar milli wieħed jispiċċa jitlef ħajtu.
F’Marzu li għadda, l-EMA kienet approvat dan il-vaċċin għall-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewopea.