Michelina Grech ta’ 60 sena ngħatat sentenza sospiża wara li tressqet il-Qorti akkużata li frodat lill-mara anzjana aktar minn €90,000.
Fil-Qorti ntqal kif bejn Diċembru tal-2014 u Awwissu tal-2015, l-anzjana ffirmat diversi ċekkijiet b’total ta’ €90,900.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima ordnat lill-imputata biex tħallas il-flus li ħadet lura fi żmien sitt xhur.