Żewġ żgħażagħ ta’ 22 u 21 sena, li t-tnejn ma jaħdmux tressqu l-Qorti akkużati li fost l-oħrajn serqu choker li jiswa madwar €20,000.
Jake Camilleri minn Tas-Sliema ġie akkużat ukoll li laqa’ għandu karozza misruqa u saqha mingħajr polza tas-sigurtà valida.
Iż-żagħżugħ l-ieħor huwa Massimo Fasanelli lli jgħix Wied il-Għajn ġie mixli li fi ġranet oħra b’serq ta’ vettura minn San Ġwann, seraq flus minn pompa tal-petrol fis-Swieqi, laqa’ għandu mutur misruq, li kellu fuqu d-droga kannabis u kokaina. Kien akkużat ukoll li kellu fuqu arma tan-nar mingħajr liċenzja.
L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Fasanelli nżamm arrestat u l-akkużat l-ieġor inħeles mill-arrest.