Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana kellu diversi laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea, fosthom mal-Viċi President Eżekuttiv Valdis Dombrovskis, il-Kummissarju Ewropew għall-Ekonomija Paolo Gentiloni, il-Viċi President Eżekuttiv responsabbli mill-qasam diġitali u l-industrija Margrethe Vestager u mal-Kummissarju għas-Servizzi Finanzjarji Mairead Mc Guiness.
Il-fond għall-irkupru u r-reżiljenza, il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż fil-kuntest Ewropew u anke l-linja Nazzjonali tal-ajru l-Air Malta lkoll kienu fuq nett tal-aġenda ta’ dawn il-laqgħat, flimkien ma’ temi oħra li jolqtu lil Malta mill-qrib.