One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar appartamenti, li jinsab fi Triq il-Marina.
Xhieda fuq il-post qalu lil dan is-sit li jidher li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dawn in-nirien.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li nar beda minn heater tal-gass.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili li evakwaw erba’ persuni u rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
Fuq il-post intalbet ukoll l-assistenza tat-Tabib tal-Emerġenza Jonathan Joslin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.