Skont rapport ta’ Save the Children, bniet li għandhom ħmistax –il sena jew inqas, f’ċertu każi għaxar snin, qed ikunu sfurzati jiżżewġu rġiel ferm ikbar minnhom f’pajjiżi bħall-Afganistan, il-Yemen, l-Indja u s-Somalja.
Ir-rapport jissuġġerixxi li fost il-fatturi li jikkawżaw dawn iż-żwiġijiet hemm il-kunflitti, il-faqar u l-kriżi umanitarja.
Żwiġijiet f’età daqstant żgħira li jesponu lil dawn il-bniet għal numru ta’ żvantaġġi, bħaċ-ċaħda mid-drittijiet bażiċi tal-edukazzjoni, żvilupp u l-għixien tat-tfulija.
Mhux hekk biss. Dawn it-tfal għandhom iktar ċans li jaffaċċjaw vjolenza domestika, abbuż, stupru u mard infettiv għall-HIV.
L-Aġenzija tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Magħquda tistma li sal-2030, in-numru ta’ nisa li jiżżewġu fit-tfulija jitla għal madwar 950 miljun.