Fi tliet snin, dawk li għamlu użu mis-servizzi tal-vjolenza domestika żdiedu b’41%.
Innutat dan Dr Lydia Abela fuq Twitter, fejn qalet kif dan ifisser 2,565 darba iktar.
Spjegat kif 200 minnhom għamlu użu minn dawn is-servizzi tliet darbiet jew iktar, kważi d-doppju meta mqabbel mal-2016.
Tenniet kif bħala soċjetà rridu naħdmu iktar biex inwaqqfu l-vjolenza.