Serb ta’ 63 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fis-Swatar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu fi Triq MRO Giuseppe Busuttil fis-Swatar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ One.com.mt, fejn qal li l-inċident ġara wara li waqgħu biċċiet tal-injam fuq ir-raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku fejn ħadu lill-persuna l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.