Il-midja internazzjonali rrappurtat li Albaniż ta’ 28 sena ġie arrestat b’rabta mal-attakk terroristiku f’Nizza fi Franza.
Il-każ imur lura għal 14 ta’ Lulju 2016, f’jum ta’ festa nazzjonali għall-Franċiżi.
F’dak l-attakk kienu nqatlu 86 persuna meta trakk tajjar lin-nies.
Ir-raġel bl-isem ta’ Endri Elenzi ġie arrestat viċin Napli l-Erbgħa.
Elenzi allegatament forna l-armi lill-qattiel ta’ dan l-attakk, Mohamed Bouhlel.
L-Istat Iżlamiku kien ħa r-responsabiltà ta’ dan l-attakk.