Fil-Parlament illejla l-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel għadd ta’ asserzjonijiet foloz dwar it-tanker tal-gass u jistenna li l-ġimgħa d-dieħla, waqt id-dibattitu tal-Budget, jgħid jekk ikun fil-Gvern jaqbadx u jaqla’ dan it-tanker u jerġa’ jaqleb lil Malta għall-heavy fuel oil
Dr Muscat kien qed iwieġeb lil Dr Busuttil li staqsa jekk il-Prim Ministru kienx se jagħmel stqarrija ministerjali dwar il-wasla tat-tanker tal-gass li huwa sejjaħ “avveniment kontroversjali ferm”. Huwa qal li l-Oppożizzjoni qed tagħmilha ċara li dan it-tanker iqajjem mistoqsijiet kbar marbuta mar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà għan-nies.
Huwa staqsa x’jiġri jekk isseħħ maltempata, x’jiġri jekk it-tanker tal-gass ma jkunx ankrat sew u jekk ikun hemm vapur tal-containers li jaħbat mat-tanker tal-gass u jekk Malta hix imħejjija ghħall-eventwalità ta’ xi ħruq.
Domandi li diġa’ kienu mwieġba minn diversi esperti, u domandi mwieġba mill-fatt li diġa qiegħdin iseħħu testijiet biex tkun żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.