George Lanzon ta’ tnejn u ħamsin sena mill-Mosta inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih.
Huwa kien mixli li fl-elfejn u ħmistax kien involut f’serq ta’ diversi prodotti tal-ikel, liema prodotti jammontaw għal aktar minn elfejn u tliet mitt ewro kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu diversi prodotti tal-ikel misruqa.
Is-serq ġie nnutat wara li l-ħanut minn fejn allegatament insterqu l-prodotti, nnota diskrepanzi sostanzjali fil-kontijiet.
Meta Lanzon tressaq il-Qorti sitt snin ilu, id-difiża nnutat li kellu l-fedina penali mhux mittiefsa u għalhekk kien ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Għal Lanzon dehru l-Avukati Dr Dean Hili u Dr Veronique Dalli.