Russell Bugeja ta’ 47 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li ffroda numru ta’ persuni bejn Marzu u April ta’ din is-sena.
Bugeja flimkien ma’ persuna kompliċi miegħu kienu allegatament jitolbu l-flus lil persuni f’karozzi fit-traffiku bl-iskuża t’aċċident fittizju, fejn imbgħad il-koppja jaħarbu jiġru wara li jieħdu l-flus.
Huwa mifhum li Bugeja ġie identifikat permezz ta’ kameras tas-sigurtà.
Fil-Qorti ħareġ kif Bugeja kien jgħix mal-allegat persuna kompliċi iżda riċentament din ma baqgħetx tgħix miegħu. Id-difiża sostniet li l-imputat għandu vizzju serju ta’ droga u qiegħed jipprova jibdel ħajtu għall-aħjar.
Id-difiża żiedet tgħid li għalkemm l-imputat għandu fedina penali mċappsa, l-aħħar sentenza li ngħatatlu kienet fl-2010.
Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest minħabba li baqa’ min jagħti x-xhieda.