Żagħżugħ ta’ 28 sena mir-Rabat ġarrab ġrieħi gravi, wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari, waqt li kien qed jaħdem fuq saqaf ta’ fabbrika fil-qasam industrijali tal-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Pulizija u ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.