Kmieni dalgħodu, Uffiċjali tad-Dwana permezz ta’ kelb qabbdu passiġġier iġorr ftit aktar minn sbatax-il elf ewro fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati.
Waqt spezzjoni li saret mill-Uffiċjali tad-Dwana fuq passiġġiera li kienu se jaqbdu titjira lejn Istanbul, sar magħruf li kien Eritrean, li kien qed iġorr €17,195.
Skont il-liġi passiġġier li jkun qed jgħaddi minn Malta jrid jiddikjara mad-Dwana li jkun qed iġorr flus kontanti jew ċekk li jammontaw għal aktar minn €10,000.