Fuq il-midja soċjali ttella’ filmat ta’ sewwieq jagħmel drifting fil-parkeġġ il-ġdid fil-bajja tal-Għadira.
Il-karozza tidher għaddejja b’ċertu veloċità f’parkeġġ vojt u kollox jindika li dan sar bil-lejl.
Il-parkeġġ ġie inawgurat ix-xahar li għadda wara investiment ta’ miljun u tliet mitt elf ewro.