John Xuereb minn Birżebbuga beda għaddej ġuri fuq serq aggravat fuq anzjani li jmur lura għas-sena 2012.
Ir-raġel ta’ 52 sena spiċċa għadda ġuri wara li waqt l-allegat serq intużat il-vjolenza u waħda mill-anzjani sofriet ksur fil-polz. L-avukat Franco Debono qed jidher għall-akkużat.
Xuereb jinsab mixli li għen lil ħaddieħor jisraq fejn fost l-oħrajn kien ikun qed jistenna persuna oħra li twettaq is-serq.
Matul l-investigazzjoni huwa semma lil Simon Camilleri li allegatament kien qed jidħol jisraq mid-djar tal-anzjani.
Madankollu Camilleri, magħruf bħala s-‘Sufu’ ma tressaqx il-Qorti minħabba nuqqas ta’ provi.