Fl-Iżrael tneħħa l-ilbies mandatorju tal-maskri barra wara li l-programm tat-tilqim f’dan il-pajjiż għaddej b’ritmu mgħaġġel ukoll.
Fil-fatt qed ikun irrapportat li s’issa fl-Iżrael tlaqqmet 56% tal-popolazzjoni u b’hekk il-pajjiż jinsab viċin li l-popolazzjoni tiegħu tilħaq l-immunità għall-virus.
Minkejja dan xorta għadu obbligatorju li tilbes maskra ġewwa bħall-ħwienet u fis-Sinagogi.
Il-Ministru għas-Saħħa Iżraeljan, Yuli Edelstein, qed iħeġġeġ lill-poplu Iżraeljan biex jibqa’ jżomm ċertu miżuri.
F’Tel Aviv u f’Ġerusalemm dehru bosta nies mexjin mingħajr maskra.
F’dan il-pajjiż qed ikun permess li nies li huma ġa mlaqqmin kontra l-Covid-19 imorru jieklu fir-ristoranti, imorru vaganza f’xi lukanda u jattendu għal attivitajiet reliġjużi u kulturali.