Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard tilef ħajtu u ieħor weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imdina.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq tal-Infetti meta x-xufier tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Volkswagen li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo siġra.
Iż-żagħżugħ li kien passiġġier miegħu, li wkoll għandu dsatax-il sena u jgħix Ħ’Attard, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħu ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li mexxew operazzjoni biex ħarġu liż-żgħażagħ mill-karozza.
Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku, iżda sfortunatament ix-xufier ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/18/julian-spiteri-huwa-z-zaghzugh-ta-19-il-sena-li-tilef-hajtu-fincident-tat-traffiku-fl-imdina/