Terence Cini ta’ sitta u tletin sena minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ pussess tad-droga fost oħrajn.
Fil-Qorti, Cini ġie akkużat li kien kompliċi biex jinbiegħu jew jiġu traffikati d-drogi kokaina u eroina f’Settembru li għadda.
Hu ġie akkużat ukoll li l-Ġimgħa kellu fil-pusses tiegħu droga kokaina.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-ammont sostanzjali ta’ droga involuta u dwar il-każ ta’ Settembru li għadda fadal nies oħra li jridu jiġu arrestati.
Irrimarkat li l-imputat kemm il-darba m’osservax il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Fis-seduta ntqal kif l-akkużat huwa riċediv kawża ta’ diversi sentenzi tal-Qorti u għalhekk il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tiegħu, filwaqt li ssekwestrat l-assi tal-imputat.