Wara jum ta’ ħidma fl-Għadira mid-Dipartiment tat-Tindif, fil-jum tas-Sibt kompliet il-ħidma biex tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni li qamet kawża ta’ irwiefen qawwija.
Dan ir-riħ qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin kaxkar miegħu ramel minn fuq il-bajja lejn it-triq prinċipali li jgħaddu minna ammont konsiderevoli ta’ nies u karozzi.
Ilbieraħ kien hemm numru ta’ ħaddiema preżenti l-Għadira biex kemm jista’ jkun ineħħu r-ramel u jżommu s-sitwazzjoni taħt kontroll.