Il-kantanta żagħżugħa ta’ talent kbir, Destiny, nediet verżjoni klassika tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta biha għall-Eurovision Song Contest, Je Me Casse.
Il-kanzunetta klassika saret flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, fejn saru xi arranġamenti sabiex il-kanzunetta tkun tista’ tindaqq proprju bħala verżjoni klassika.
Wieħed jista’ jgħid li l-vuċi mill-isbaħ tal-kantanta żewwaq il-kanzunetta u ta l-ħajja lil din il-verżjoni, fejn kienu bosta li kkummentaw b’mod pożittiv u laqgħu din il-bidla versatili tal-istess kanzunetta.
Destiny se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’Mejju li ġej f’Rotterdam fil-Eurovision Song Contest.