Giovanni Buttigieg, Deputat Rappreżentant Permanenti tan-Nazzjonijiet Uniti, ġie elett bħala Viċi-President tal-Kumitat għall-Programm u Koordinazzjoni (CPC) tan-Nazzjonijiet Uniti.
Dan wara li l-istess Kumitat twaqqaf f’Malta f’Settembru li għadda.
Is-CPC huwa l-korp ewlieni responsabbli għall-ippjanar u l-prijoritizzazzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll għall-valutazzjoni tar-riżultati miksuba.
Din il-pożizzjoni hija parti integrali tas-sostenn ta’ Malta bi tħejjija biex isservi fil-Kunsill tas-Sigurtà fil-futur qarib.
L-aħħar li Malta okkupat din il-pożizzjoni kienet fl-1971 fejn proprju f’dan il-Kumitat, Malta dakinhar ipproponiet it-twaqqif ta’ ufiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ibħra, u kif ukoll biex tevalwa l-ħtieġa għal strateġija internazzjonali effettiva fl-ispazju tal-oċean.