ONE News jinsab infurmat li persuna ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza wara ħabta bejn żewġ trakkijiet f’Pembroke.
Il-każ seħħ għal ħabta ta’ sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar fi Triq il-Sant’ Andrija
Fuq il-post hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u l-pulizija.
It-triq ingħalqet għat-traffiku.