Fl-aħħar sigħat fiequ 45 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 55 każ minn fost 1,803 testijiet.
Dan ifisser li 96.9% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.1% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 840,325 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 259,272 doża. Minnhom, 78,139 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.