Id-dħul tat-tanker tal-LNG fil-Port ta’ Marsaxlokk huwa l-aħħar fażi tal-proġett tal-enerġija, biex minflok power station li taħdem bl-iktar żejt li jniġġeż, il-heavy fuel oil, dalwaqt tibda taħdem waħda bil-gass naturali li huwa l-aktar nadif, hekk kif it-tanker Armada LNG Mediterrana se jaħżen il-likwidu tal-gass.
Dan ifisser li se jispiċċa l-użu tal-aktar żejt li jniġġes minn pajjiżna, il-Heavy Fuel Oil. L-Enemalta xtrat l-aħħar konsenja ta’ heavy fuel oil f’Settembru li għadda filwaqt li x-xogħol fil-powerstation tlesta’ kollu.
Il-qalba għall-gass, tfisser arja aktar nadifa, hekk kif se jonqsu l-emissjonijiet b’ 50%, it-trab iswed fl-arja se jonqos b’90% u se titwaqqgħa ċ-ċumnija ta’ Delimara. Dawn il-figuri huma kkonfermati mill-istudji tal-esperti li ilhom ippubblikati bħala parti mill-proċess tal-permessi b’rabta mal-impjant il-ġdid li jitħaddem bil-gass.
Dan juri biċ-ċar kemm dan il-Gvern għandu s-saħħa taċ-ċittadini bħala prijorita filwaqt li l-Oppożizzjoni trid iċċaħħad lin-nies mill-verità dwar il-benefiċċji tal-qalba għall-gass.