Anzjan ta’ 79 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 79 sena u residenti Ħal Qormi, kien intlaqat minn Kia Avella li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi.
Ir-raġel ta’ 79 sena ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.