Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ħelset minn kull akkuża lil Edward Spiteri Gonzi wara li kien akkużat b’ħasil ta’ flus.
Il-każ imur lura bejn April elfejn u għaxra u April elfejn u ħdax.
Huwa kien akkużat b’diversi atti f’dan il-perjodu li jinkludu xiri ta’ propjetà.
Fid-deċiżjoni tagħha il-Qorti stqarret li l-akkuża dwar falsifikazzjoni ta’ dokumenti u l-użu tagħhom hija preskritta u ma sabitux ħati fuq l-akkużi l-oħra marbuta ma’ ħasil ta’ flus.