Illum ngħatat l-aħħar tislima lill-Kurunell Brian Gatt.
Kienu bosta qraba, ħbieb u kollegi tal-qalb li llum inġabru għall-funeral biex jagħtu l-aħħar tislima lil Gatt li miet fl-etá ta’ 54 sena.
Hu ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid, fejn tfakkret il-ħajja ta’ Gatt mimlija memorji sbieħ.
Il-Kurunell Brian Gatt kien imexxi ċ-ċentri ta’ detenzjoni, fejn kien deskritt minn sħabu bħala uffiċjal eżemplari u ħabib ġenwin.