L-edizzjoni tas-Sibt tal-programm Arani Issa se jkun wieħed speċjali, hekk kif se jinġabru l-flus għal familji u t-tfal fil-belt ta’ Iquitos fil-Peru minħabba l-pandemija.
F’din il-belt li fiha hemm ħafna familji foqra, hemm il-qassis missjunarju Għawdxi Fr Ray Portelli li qed jgħin lil dawn il-familji f’din il-belt, anke hekk kif huwa tabib u qed jgħin fl-isptarijiet minħabba l-imxija tal-Covid-19.
ONE News tkellem mal-preżentatur tal-programm Arani Issa, Joseph Chetcuti li qal kif f’din il-belt qed imutu diversi persuni b’dan il-virus.
Il-preżentatur għamel dan l-appell.
Qal, “Irridu ngħinu lil Fr Ray sabiex ikun jista’ jixtri dawn iċ-ċilindri tal-ossiġnu, l-ossiġnu ħalli nagħtu n-nifs tal-ħajja lil dawn it-tfal, li mhux tort tagħhom, imma qegħdin jaffaċċjaw realtà diffiċli illi aħna b’donazzjoni żgħira tagħna żġur illi l-Maltin u l-Għawdxin, permezz ta’ Arani Issa se nagħmlu l-mirakli jsiru.”