Żewġ Somali ta’ 35 sena u 40 sena rispettivament weġġgħu gravi wara li argumentaw.
Il-każ seħħ fi Triq il-Port fiż-Żebbuġ, Għawdex għall-ħabta ta’ nofsillejl, u allegatament intużaw flixkun tal-ħġieġ u arma li taqta’ u bil-ponta.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-irġiel u ambulanza ħadithom l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.