Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika qal li m’hemmx bażi biex jiġi investigat ilment imressaq mill-għaqda Repubblika dwar l-eks Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Nigel Vella.
Il-President tal-Għaqda Repubblika, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, ressaq ilment fejn qal li s-Sur Vella kellu żewġ karigi full-time mal-Gvern.
Robert Aquilina ressaq dan l-ilment iżda l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler qal li mhuwiex minnu li s-Sur Vella kellu żewġ impjiegi full-time mal-Gvern.
Qal li ma hemmx bażi biex jibda jinvestiga l-każ.