Taljan ta’ 58 sena li joqgħod in-Naxxar ġarrab ġrieħi gravi, wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Kymco li kien qed isuq, ma’ karozza tat-tip Citroen Berlingo li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena min Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lis-sewwieq ta’ mutur għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.