Ebda kumment minn naħa ta’ Simon Busuttil dwar il-fatt li l-Viċi Kap tiegħu jissemma’ f’investigazzjoni dwar każ b’xamma kbira ta’ ħasil ta’ flus, li ma kinitx segwita sal-aħħar mill-awtoritajiet Maltin. Din tidher li ġrat wara li fil-każ tfaċċa isem Beppe Fenech Adami, dak iż-żmien Assistant Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern.
L-investigazzjoni tmur lura għal qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, kif irrapportat dalgħodu.
Affaċjat mill-mezzi tax-xandir, Busuttil baqa’ għaddej żiffa, mingħajr ma lissen kelma. Fid-diskors tiegħu waqt attività politika, sejjaħ lill-istorja ‘devjazzjoni’ – reazzjoni li l-Partit Laburista sejħilha inkwetanti.
https://www.youtube.com/watch?v=9waZiPACV8A