Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti impona sanzjonijiet fuq intrapriżi tal-ħaġar prezzjuż immexxija mill-istat fil-Myanmar, fi sforz biex jitwaqqaf sors finanzjarju ewlieni għall-militar.
L-Istati Uniti kien diġà impona sanzjonijiet fuq tliet kumpaniji oħra tal-ħaġar prezzjuż li għandhom konnessjoni mal-militar, li ħataf il-pajjiż f’kolp ta’ stat fl-ewwel ta’ Frar li għadda.
Il-kolp ta’ stat huwa theddida fuq id-demokrazija tal-pajjiż u għalhekk qanqal diversi protesti madwar il-pajjiż. Matul dawn id-dimostrazzjonijiet inqatlu madwar 600 persuna ċivili u eluf oħra arrestati.