Żewġt irġiel se jitressqu l-Qorti mixlija bi ħdax-il serqa fosthom żewġ hold-ups.
Fi stqarrija l-pulizija spjegat li l-Erbgħa filgħaxija arrestat raġel ta’ 41 sena u ieħor ta’ 34 sena fuq allegat serq li sar bejn Frar u April.
L-allegati reati seħħew fost oħrajn minn djar, garaxxijiet u ristoranti, fil-Fgura, il-Kalkara, il-Birgu, Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn u ż-Żejtun.
Huma se jitressqu l-Qorti fil-11:00 ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.
L-investigazzjoni tmexxiet mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid.