It-talba ta’ Arnold Cassola hi mibnija fuq konġetturi fiergħa u bla ebda bażi. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista, dan b’referenza għat-talba li għamel Cassola lill-Kummissjoni Elettorali.
Il-PL qal kif dwar Egrant saret inkjesta maġisterjali li l-konklużjonijiet tagħha huma ċari u jeskludu dak li qed jallega Cassola.
Il-Partit Laburista temm billi qal li l-PL jippubblika l-accounts tiegħu u kien jagħmel hekk saħansitra qabel iddaħlet il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.