Rapporti riċenti qed jgħidu li l-kundizzjoni medika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny qed tiggrava u qed jitlef is-sensazzjoni f’idejh u f’saqajh.Jidher ukoll li Navalny għandu bżonn il-kura għal kumplikazzjonijiet f’daharu.
Madwar ġimgħa ilu, Navalny beda strajk tal-ġuħ wara li l-awtortajiet tal-ħabs ma tawhx aċċess għal attenzjoni medika li kellu bżonn. Sal-bieraħ stess baqa’ jinsisti li jibqa’ għaddej bl-istrajk anke jekk saħtu sejra lura.