Fil-Brażil mietu aktar minn erbat elef persuna waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa, għall-ewwel darba mindu l-pajjiż inħakem mill-pandemija. Dan anke minħabba każijiet attivi tal-varjant tal-virus.
Rapporti qed jgħidu li l-isptarijiet fil-pajjiż jinsabu taħt pressjoni, tant li mhux tingħata l-kura fil-ħin lil kull pazjent. F’bosta nħawi s-sistema lokali tas-saħħa mistennija tikkrolla totalment.
S’issa fil-Brażil, 337,000 persuna mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19, it-tieni l-akbar numru ta’ mwiet fid-dinja wara l-Istati Uniti. Il-Gvern tal-pajjiż qed jibqa’ jinsisti iżda li m’hemmx bżonn lockdown stretta biex tkun imrażżna l-imxija.
Ritratt: EPA