Komplew jiħraxu l-protesti ta’ sidien ta’ ristoranti u bejjiegħa tat-triq fl-Italja, kontra l-miżuri stretti b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19.
Fil-pjazza quddiem il-pjazza Montecitorio f’Milan il-protesti ħraxu bit-twaddib ta’ bombi tad-duħħan u flixken lejn l-uffiċjali tal-pulizija.
Qed ikun irrapportat li fil-manifestazzjonijiet ndarab uffiċjal tal-pulizija u anke għadd ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw.
Dawk preżenti instemgħu jgħajtu ‘Lavoro Lavoro’, karba għax-xogħol hekk kif l-għeluq tan-negozji bla ebda għajnuna ħallihom bla dħul u telf kbir.
Il-protesti mhux qed isiru biss f’Milan u għada mistennija jsiru iżjed manifestazzjonijiet fir-reġjun ta’ Toscana.