Fl-aħħar sigħat, fiequ 67 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 64 każ minn fost 2,164 test.
Dan ifisser li 97.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 822,024 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 219,161 tilqima. Minnhom, 60,096 ħadu t-tieni doża.