Seba’ persuni ingħataw sentenza ta’ priġunerija effettiva wara li ammettew li ppruvaw jaħarbu minn Malta bl-użu ta’ dokumenti foloz.
Ħamsa mill-imputati ingħataw sentenza ta’ sitt xhur kull wieħed, filwaqt li żewġ imputati oħra ingħataw sentenza ta’ xahrejn ħabs minħabba li huma taħt it-tmintax-il sena.
Sitta mis-seba’ imputati ppruvaw jaħarbu mill-pajjiż filwaqt li l-persuna l-oħra ppruvat tidħol fil-pajjiż b’dokument falz.
Il-Prosekuzzjoni appellat lill-Qorti sabiex tingħata sentenza ta’ priġunerija effettiva minħabba n-numru sostanzjali ta’ reati simili li qiegħdin iseħħu f’dawn l-aħħar ġimgħat.
L-Ispettur Hubert Gerada spjega li f’ċertu każijiet persuni li jingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi simili jerġgħu jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż ftit taż-żmien wara.
Id-difiża kienet immexxija mill-Avukat Dr Charmaine Cherrett.