Marco Di Giambattista, Taljan ta’ sitta u għoxrin sena nħeles mill-arrest u ġie mmultat tmien mitt ewro wara li tressaq il-Qorti f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira akkużat li li rreżista l-arrest tal-Pulizija.
Il-każ seħħ f’jum il-Ħelsien, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, meta daħal rapport għand il-Pulizija li kien hemm raġel b’żaqqu barra.
Fil-Qorti ingħad kif l-imputat kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Ir-raġel kien akkużat li hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija u kiser il-paċi pubblika.
Id-Difiża nnutat kif dan il-każ ma kienx wieħed serju u ntqal kif l-akkużat iddispjaċih għal dak li għamel.
It-Taljan ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.