Il-Pulizija qed tinvestiga allegat serqa ta’ ammont ta’ flus minn fuq mara li kienet għaddejja minn Triq il-Karmnu l-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija, meta raġel kien liebes hoody u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, resaq lejn il-Filippina ta’ 25 sena.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.