Għall-ħabta ta’ nofsinhar nieqes kwart f’San Pawl il-Baħar seħħet ħabta bejn mutur u karozza tat-tip Toyota.
Minnufih ġie msejjaħ tim mediku fuq il-post li ħa passiġġiera tal-mutur ta’ 41 sena li ma sofriet ebda ġrieħi, u s-sewwieq tal-mutur li ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.