Aktar minnn disa’ miljun pillola sintetika nqabdu grazzi għall operazzjoni bejn il-Pulizija fl-Ungerija u n-Noverġja, kif ukoll il-Europol u l-Eurojust. Żewġ persuni li qed jitiqiesu bħala l-kbarat ta’ ċirku kriminali ġew arrestati fl-Ungerija.
Dawn kienu qed ifornu kopja tal-mediċina Clonazepam, magħrufa li tikkalma l-ammissjonijiet fost l-oħrajn. Fil-post fejn ġew arrestati dawn il-persuni fil-fatt instabu 250 kilogramma pilloli. Dawn jidhru eżatt bħall-mediċina attwali, iżda ma jilħqux apsettattivi farmaċetwiċi li għandha l-mediċina attwali. Jidher ukoll li dwn kienu qed jinbiegħu fl-Ewropa, bis-suq ewlieni jkun dak Norveġiż.