Mal-24 mexxej minn madwar id-dinja sejħu għal ftehim globali f’każ ta’ xi pandemija li tista’ titfaċċa fil-futur.
F’artiklu konġunt li deher f’diversi ġurnali u gazzetti f’bosta pajjiżi, mexxejja bħal Emanuel Macron, il-President ta’ Franza, u Angela Merkel, il-Kaċillier tal-Ġermanja, qalu li l-COVID-19 ġabet magħha l-akbar sfida globali mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Hawn qalu wkoll li wieħed jistenna xi pandemija oħra jew kriżi tas-saħħa fil-futur, u talbu għal trattat bħal dak ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija biex fost l-oħrajn tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi.